Merħba | Informazzjoni | Ritratti | Referenzi | Bijografija | Kuntatt

Il-bnadar ilhom jintużaw min nies għal dawn l-aħħar 4,000 sena. Ovvjament dawn il-bnadar primittivi kellhom forom diversi mill-bnadar kontemporanji l-aktar peress li ħafna minnhom kienu jkunu magħmulin mill-metall. L-ewwel tipi ta bnadar jissejħu 'vexilloids' li ġejja mill-kelma Latina li tfisser "gwida". Kif għedna qabel l-ewwel bnadar, jew aħjar 'vexilloids' kienu magħmulin mill-metall jew inkella kienu jkunu bħala arbli twal ta l-injam indurati b'tinqix mill-isbah. Madwar 2,000-il sena ilu bdew jiżdiedu biċċiet tat-tessuti ma dawn l-arbli b'tali mod li dawn ġew jixbħu aktar il-bnadar li aħna tant imdorrijin bihom illum il ġurnata.

Il-ħajja tal-bandiera tibda minn sempliċiment disinn fuq biċċa karta. Huwa ferm importanti li d-disinn ikun jirrifletti sew x'għandu l-klient f'moħhu minħabba li l-bandiera tiddependi ħafna fuq il-komunikazzjoni viżwali li ftit li xejn ikollha lok għal interpretazzjonijiet artistiċi. Għal daqs tant id-disinn, kif ukoll ir-riżultat finali tal-bandieria, għandu jkun jikkonsisti f'disinji sempliċi li fl-istess ħin jolqtu l-għajn. Normalment l-ewwel disinji jkunu mpinġijin fuq skala iżgħar mill-bandiera pero dan jiddependi fuq id-daqs tal-bandiera. F'dan il-kas id-disinji fid-daqs propju tagħhom jiġu pproġettati fuq id-drapp tal-bandiera. Tajjeb li nsemmi li d-daqs tal-bandiera, għalkemm dejjem tiddependi fuq id-daqs ta l-arblu, pero dejjem trid tkun fuq ir-'ratio' 3:2 (wisa:għoli).

Il-pass li jmiss huwa li tibda tinżebah il-bandiera. Ħafna drabi jkun hemm bżonn ta l- isfrondar jekk il-kulur tad-disinn jkun aktar ċar mill-kulur tad-drapp. L-aktar żebgħa komuni li tintuża hi l-'acrylic' pero din ukoll tiddependi fuq il-gosti tal-klient. Dan l-istadju huwa l-aktar wieħed li jikkonsma ħin minħabba li l-pittur irid joqgħod attent li kull 'chiaro / scuro', sfumar u dettalji oħra jkunu mpinġijin b'attenzjoni kbira. Wara li ż-żebgħa tkun lesta kull ma jkun baqa hu li tinxef il-bandiera, li dejjem tista tieħu sa 6 siegħat, u wara l-bandiera tkun lesta għall-ammirazzjoni ta kulħadd!


Krejata minn Gilbert Debattista ©2006