Mario Muscat
Mario ilu fl-industrija ta l-iddisinjar tal-bnadar mill-1992 meta, dak iż-żmien, kien jagħmel
dan ix-xogħol bħala 'part-time'. Imwieled f'Ħal Tarxien hu minn dejjem kien iżomm il-festa parrokkjali
bħala ġurnata, jew aħjar, żmien mill-aktar speċjali tas-sena u kienet propju din id-devozzjoni
li ħeġġitu sabiex jibda dan l-artiġġjanat daqshekk sabih. Bil-mod il-mod il-kelma bdiet tinxtered
u l-isem 'Mario tal-Bnadar' malajr sar magħruf mhux biss f'Ħal Tarxien imma saħansitra f'Malta kollha
b'tali mod li ismu sar sinonimu mal-bnadar. Dan is-suċċess kompla inkuraġġih sabiex jiddedika aktar ħin
għal dan ix-xogħol li kien daqshekk għall-qalbu u dan wasslu sabiex fl-2003 ħa d-deċiżjoni li x-
xogħol primarju tiegħu ikun l-iddisinjar u l-pittura tal-bnadar. Ovvjament deċizjoni bħall din
mhix xi waħda faċli u din turi s-serjeta li Mario jiehu x-xogħol tiegħu, xogħol li litteralment
qiegħed iħalli s-sinjal tiegħu madwar Malta kollha. Uħud mix-xogħolijiet tiegħu jinkludu l-bandiera
tal-Każin Banda San Anard ta' Ħal Kirkop, il-Każin Banda San Ġuzepp tal-Ħamrun u l-Każin Banda Maria
Annunzjata ta Ħal Tarxien li hi waħda mill-aktar bnadar favoriti tiegħu.